Figolli 2011

Din is-sena, kif għamilna għal dawn l-aħħar snin, ser nerġgħu nagħmlu l-figolli. L-għan li jsiru dawn il-figolli huwa li jinġabru flus b'risq iċ-ċentru taż-żgħażagħ biex inkunu nistgħu nkomplu nirranġaw il-post kif ukoll nixtru ċerti riżorsi li aħna neħtieġu għall-formazzjoni ta' uliedkom. Kif tafu sewwa, dar dejjem jonqosha, aħseb u ara ċentru li jintuża minn daqs dawk nies!

Intom tistgħu tkunu ta' għajnuna għall-grupp tagħna u tgħinuna nwettqu dan il-għan biex inkomplu nservu ta' ġid għal uliedkom. Dan tistgħu tagħmluh billi jekk intom interessati, tixtru figolla/i billi timlew il-formula u ibagħtuha sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 1 ta' April. Il-prezz ta' kull figolla huwa ta' €5.

Nieħdu din l-opportunita' biex nawgurawlkom l-Għid it-tajjeb.

Għal aktar informazzjoni tiddejqux tistaqsu lil:

  • Analise Borg (99209325 - borg.analise@gmail.com)
  • Ryan Joe Callus (79071691 - ryanjoecallus@gmail.com)
  • Rebecca Aquilina (99010193 - rebecca.aquilina@gmail.com)
  • Roderick Mifsud (79093765 - rodm1209@gmail.com)




Sa: 1 ta' April

Formula


~~~ ~~~ ~~~
Parents' Meeting

Nhar l-Erbgħa 19 ta' Jannar il-leaders tal-grupp il-ġdid, jixtiequ jintaqgħu mall-ġenituri ta' dan il-grupp. F'din il-laqgħa tkunu tistgħu ssiru tafu iktar x'inhu ż-ŻAK, kemm fil-paroċċa kif ukoll f'Malta. F'din il-laqgħa tkunu tistgħu ssaqsu xi mistoqsijiet li forsi għandkom dwar il-grupp u kif ukoll tgħaddu xi suġġerimenti.

Meta: 19 ta' Jannar 2011

Ħin: fis-7:15pm

Post: iċ-Ċentru
~~~ ~~~ ~~~
Grupp Ġdid

Dan il-grupp huwa miftuħ għal dawk kollha li twieldu fis-snin 1997/1998. Jekk inti tixtieq tingħaqad ma' dan il-grupp, ejja l-Erbgħa fis-6:00pm iċ-ċentru. Narawk ;)

Meta: Kull nhar t'Erbgħa

Ħin: 6.00pm - 7.30pm

Post: iċ-Ċentru
Free Web Hosting