Party 2010

Bħal kull sena l-leaders ta' ŻAK Siġġiewi norganizzaw Party lil membri kollha tagħna biex niċċelebraw għeluq is-sena, u bidu ta' sena ġdida ilkoll flimkien bħala familja waħda.

Dan il-partyser isir nhar it-Tlieta, 4 ta' Jannar 2011, u ser jibda fis-7.00pm sal-11.00pm. Il-post huwa ġewwa iċ-Ċentru stess tas-Siġġiewi.

F’każ ta’ diffikulta`, tiddejqux tikkuntatjaw lilna:

  • Ryan Joe Callus (79071691)
  • Analise Borg (99209325)
  • Christine Zammit (79059341)

Meta: 4 ta’ Jannar 2011

Ħin: 7.00pm - 11.00pm

Post: iċ-Ċentru

Consent Form


~~~ ~~~ ~~~
Żakaton

Il-grupp ta' ŻAK Siġġiewi ser norganizzaw attivita' bl-isem ta' Żakaton fit-18 ta' Diċembru. X'inhi din iź-Żakaton? Attivita' li fiha ser imorru mixja mis-Siġġiewi sa' l-Imdina. Waqt din il-maratona ser jkollna diversi waqfiet fejn iż-żgħażagħ ħa jipparteċipaw fi Treasure Hunt edukattiva. B’hekk jitgħallmu dwar il-patrimonju Malti waqt li nieħdu gost flimkien fil-mixja tagħna.

X’inhu l-għan ta’ din l-attivita’? Ilkoll nafu li biex iźomm dar sabiħa trid ħafna ħin u flus u iċ-ċentru mhux xi eċċezzjoni! Matul din is-sena saru xi xogħlijiet ta’ manutenzjoni u l-ħsieb huwa li matul is-sena li ġejja nkomplu fuq dak li bdejna! Bis-saħħa ta’ l-għajnuna tagħkom u l-parteċipazzjoni ta’ uliedkom inkunu nistgħu ntaffu l-ispejjeź biex jkompli jitranġa l-post li uliedkom stess qed igawdu.

Iź-Żakaton ħa ssir nhar is-Sibt, 18 ta’ Diċembru 2010 mill-10.00a.m. sal-5.00p.m. Din l-attivita hi miftuħa għal dawk in-nies li twieldu bejn 1994 u 1998 u hi miftuħa għal kulħadd kemm membri taź-ŻAK, kif ukoll il-ħbieb tagħkom!! Kull min jixtieq jipparteċipa irid jgħaqqad grupp ta’ bejn 4 u 6 persuni, ilkoll ta’ bejn 12 u 18-il sena u jagħźel isem għal dan il-grupp. Il-ħlas hu ta’ €5 kull persuna bħala participation fee li tinkludi transport lura u xi refreshments. Kull membru taż-Ż.A.K. Siġġiewi li ħa jipparteċipa ħa jingħata sponsor sheet fejn ħa jagħmel ħiltu biex jiġbor kemm jista' flus b’risq iċ-ċentru. Min jiġbor l-aktar, jingħata premju fl-aħħar tal-maratona.

Is-suċċess ta’ din l-attivita’ jiddependi minnek u mill-entużjażmu li ser iġġib miegħek! Flimkien nissaħħu mentalment billi nitgħallmu fuq il-Patrimonju Malti, fiżikament bil-mixja flimkien, filwaqt li intejbu l-kundizzjoni taċ-ċentru fejn aħna lkoll niltaqgħu. Mela narawkom nhar is-Sibt, 18 ta’ Dieembru 2010.

L-applikazzjonijiet, flimkien ma’ l-sponsor sheets, għal din l-attivita’ għandhom jaslu sat-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010. Min japplika wara din id-data irrid iħallas €7.

F’każ ta’ diffikulta`, tiddejqux tikkuntatjaw lilna:

  • Ann Marie Bonnici (79250650 - annab@maltanet.net)
  • Charlene Bonello (79461686 - clp@maltanet.net)
  • Roderick Mifsud (79093765 - rodm1209@gmail.com)




Meta: 18 ta’ Diċembru

Ħin: 10.00am - 5.00pm

Niltaqgħu: iċ-Ċentru

Consent Form


~~~ ~~~ ~~~
Mix 'N' Match

Issa li wasalna fi tmiem is-sajf, aħna ta' ŻAK Siġġiewi iddeċidejna li norganizzaw attività li terġa tgħaqqad il-gruppi kollha u għalhekk nisperaw li naraw lil ħafna minkom! Is-sena l-oħra wkoll, konna organizzajna beach party / BBQ u kien ta’ suċċess, għalhekk iddeċidejna li din is-sena wkoll nagħmlu xi ħaġa simili imma aħjar!! Din l-attività se ssir il-Ġimgħa 17 ta’ Settembru mit-3.00pm sal-11.00pm biex ikollna ukoll biżżejjed ħin għall-għum. L-attività ser issir il-Ġnejna u l-prezz huwa ta' €5 li jinkludi fih l-ikel (burgers, sausages, crisps u frott kif ukoll free drink). Huwa importanti li nkunu nafu kemm ġejjin nies sa mhux aktar tard mil-Erbgħa 15 ta’ Settembru! L-aktar ħaġa mportanti hija li tiġu intom u tħeġġu lill-oħrajn biex jingħaqdu magħkom ħalli nagħlqu dan is-sajf flimkien!! Kif tista ma tattendix!! ☺

Għal aktar informazzjoni tiddejqux tikkuntatjaw lil:

  • Julian Borg (99880124 - jbor0001@gmail.com)
  • Josianne Aquilina (79929394 - joz191@hotmail.com)
  • Therese Marie Dimech (79384705 - pepprina_23@hotmail.com)

Meta: 17 ta’ Settembru

Ħin: 3.00pm - 11.00pm

Post: Ġnejna Bay

Consent Form


Ara r-ritratti
Free Web Hosting